Posts

Bħal-lum fil-passat (5 ta’ Ottubru)

Immorru lura għas-sena 1997 meta Juventus laqgħu lil Fiorentina fl-iStadio Delle Alpi. It-tim minn Firenze kien mar fil-vantaġġ b’gowl ta’ Oliveira. Il-Bianconeri mbagħad kienu bravi biżżejjed li jdawru r-riżultat favurihom b’gowls ta’ Inzaghi u Del Piero.

Bħal-lum fil-passat (3 ta’ Ottubru)

Bħal-lum fl-1965 Juventus kienu għelbu lil Vicenza 4-1 f’partita tas-Serie A. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw l-aqwa siltiet ta’ dik il-partita.

Bħal-lum fil-passat (27 ta’ Settembru)

27 ta’ Settembru 1972. Dakinhar Juventus laqgħu f’darhom lil O.Marseille fit-Tazza taċ-Champions. Il-Bianconeri rebħu 3-0, gowls ta’ Bettega (2) u Haller.

Bħal-lum fil-passat (24 ta’ Settembru)

Lura għas-sena 1958, meta proprju fl-24 ta’ Settembru Juventus laqgħu f’darhom lil Wiener Sport-Club fit-Tazza taċ-Champions. Dakinhar il-Bianconeri rebħu 3-1 b’hattrick ta’ Sivori.

Bħal-lum fil-passat (22 ta’ Settembru)

Immorru lura għas-sena 1985 meta Juventus għelbu f’darhom lil Pisa 3-1 b’doppjetta ta’ Serena u gowl ta’ Laudrup.

Bħal-lum fil-passat (21 ta’ Settembru)

Komplessivament fl-istorja ta’ Juventus insibu 19-il partita bejn kampjonat, Coppa Italia u Tazza tal-Fieri li Juventus lagħbu fil-jum tal-21 ta’ Settembru. F’dawn id-19-il konfront kellna 12-il rebħa Juventina, 5 draws u 2 telfiet. L-ewwel partita li qatt intlagħbet mill-Bianconeri fil-21 ta’ Settembru kienet Juventus-Sampdoria 4-1 tal-kampjonat fl-1947. Hawn taħt tistgħu ssibu l-filmat bl-aqwa siltiet ta’ dik il-partita.

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Settembru)

Fl-1976, proprju bħal-lum, Juventus kienu impenjati fit-Tazza Uefa kontra Manchester City. L-Ingliżi rebħu 1-0 b’gowl ta’ Kidd.

Bħal-lum fil-passat (13 ta’ Settembru)

Bħal-lum fil-passat, jiġifieri fit-13 ta’ Settembru 1959, il-Bianconeri rebħu l-Coppa Italia billi għelbu fil-Finali proprju lil Inter. Din kienet it-tielet darba fl-istorja li Juventus rebħu l-Coppa Italia.

Bħal-lum fil-passat (12 ta’ Settembru)

Illum qed inwasslulkom partita mit-Tazza Uefa li ntlagħbet bħal-lum fl-1989. L-avversarji kienu Gornik Zabrze, tim Pollakk li ftit tal-jiem qabel Scirea kien mar josserva u jifli mill-qrib biex imbagħad fi triqtu spiċċa tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 0-1 b’Zavarov jagħti rebħa lil Juventus.

Bħal-lum fil-passat (11 ta’ Settembru)

Bħal-lum fl-1983 Juventus kisbu rebħa kbira fuq Ascoli fil-kampjonat. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 7-0. Rossi, Penzo u Platini skurjaw doppjetta kull wieħed, filwaqt li l-gowl l-ieħor kellu l-firma ta’ Boniek.