Posts

Filmat: Ronaldo jneħħi l-fliexken tal-luminata

Kif kienet se tibda l-konferenza tal-aħbarijiet lejlet Portugall-Ungerija, Cristiano Ronaldo neħħa minn quddiemu l-fliexken tal-Coca Cola u minflok deher jaqbad u jgħolli b’idejh flixkun tal-ilma. Il-messaġġ tiegħu kien li n-nies m’għandhiex tixrob il-luminata u minflok għandha tixrob l-ilma għal raġunijiet marbutin mas-saħħa.

Magħrufa l-Aqwa Plejers tas-Serie A 2020/21

Il-Lega tas-Serie A ħabbret l-aqwa plejer f’kull pożizzjoni fl-istaġun 2020/21. Ir-rebbieħa ntgħażlu fuq il-bażi tal-analiżi ta’ Stats Perform u d-data tracking ta’ Netco Sports.

Ir-rebbieħa f’kull kategorija huma:

L-Aqwa Plejer U/23: Vlahovic (Fiorentina)

L-Aqwa Gowler: Donnaromma (Milan)

L-Aqwa Difensur: Romero (Atalanta)

L-Aqwa Plejer ta’ nofs il-grawnd: Barella (Inter)

L-Aqwa Attakkant: Ronaldo (Juventus)

L-Aqwa Plejer tal-istaġun: Lukaku (Inter)

Matthew Scerri

Ronaldo hu t-topscorer tas-Serie A

Cristiano Ronaldo hu t-topscorer tas-Serie A għall-istaġun 2020/21. Hu skurja 29 gowl f’33 partita. Fit-tieni post insibu lil Lukaku ta’ Inter b’24 gowl, filwaqt li Muriel ta’ Atalanta kien it-tielet l-aqwa skorer tas-Serie A b’22 gowl. Interessanti li Lukaku u Muriel lagħbu 36 partita dis-sena, jiġifieri tlieta iktar minn Ronaldo. L-aħħar plejer Juventin li kien topscorer tas-Serie A kien Alessandro Del Piero fl-2007/08.

Matthew Scerri

Ronaldo hu l-Aqwa Plejer ta’ Udinese-Juventus

Cristiano Ronaldo ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Udinese u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 79% tal-vot. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Paratici: “Ronaldo mhuwiex biss plejer”

“Irridu nkunu lkoll responsabbli għax hu mument ta’ inċertezza kbira. Ronaldo ma naħsibx li hu biss plejer u atleta imma persunaġġ ta’ livell għoli. Il-paga tiegħu tinkludi ħafna affarijiet li jmorru lil hinn mill-wirjiet fil-grawnd. Hemm anki dak li hu jirrappreżenta għall-klabb. Hu l-iktar persuna magħrufa fid-dinja.” Hekk tkellem Fabio Paratici ma’ Sky fejn staqsewh dwar il-paga li Ronaldo jaqla’ ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Spjegat il-ġest ta’ Ronaldo

Qed ikun irrapurtat li l-ġest ta’ Ronaldo nftiehem ħażin. Fil-fatt Ronaldo ma tefax il-flokk ta’ Juventus mal-art. Allegatament kien hemm ballboy li talbu l-flokk u allura Ronaldo neża’ l-flokk u waddbu lejn dat-tfajjel. Fil-verità fir-ritratti li dehru online Ronaldo ma jidhirx jitfa’ l-flokk lejn l-art.

Matthew Scerri  

Ronaldo hu l-Aqwa Plejer ta’ Cagliari-Juventus

Cristiano Ronaldo ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Cagliari u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 75% tal-voti, segwit minn Chiesa b’13% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Ronaldo b’ċans tajjeb li jkun it-topscorer tas-Serie A

Cristiano Ronaldo saħħaħ il-pożizzjoni tiegħu f’ras il-klassifika tal-Aqwa Skorers tas-Serie A f’dan l-istaġun. S’issa hu skurja 23 gowl fil-kampjonat. Warajh insibu lil Lukaku b’19-il gowl. Għaldaqstant Ronaldo jidher li għandu ċans tajjeb li jkun it-topscorer tas-Serie A dis-sena. Ta’ min jgħid li mis-sena 2000 ‘l hawn żewġ plejers Juventini biss rebħu l-klassifika tat-topscorer: Trezeguet (2001/02 b’24 gowl) u Del Piero (2007/08 b’21 gowl).

Matthew Scerri