Posts

Paratici jitkellem dwar l-injury ta’ Dybala

Qabel Verona-Juventus, Fabio Paratici sostna li żewġ speċjalisti raw lil Dybala fil-jiem li għaddew. Fil-fatt appartil-konsulenza tal-Professur Cagat f’Barcellona, Dybala mar Innsbruck biex jara speċjalist ieħor. Fi kliem Paratici l-viżti mediċi wasslu għall-konkluzjonijiet ferm iktar pożittivi minn kemm kien qed jistenna l-istaff mediku ta’ Juventus. Issa rridu naraw kemm verament se tħalli l-frott it-terapija li qed isegwi Dybala.

Matthew Scerri

Dybala m’għandux bżonn operazzjoni

Paulo Dybala mhux se jkollu jkun operat fl-irkoppa. Wara li dil-ġimgħa rah il-Professur Cugat f’Barcellona, ġie deċiż li Dybala jsegwi terapija partikolari li se tgħinnu jirkupra. Hu se jkun anki qed jittrenja waħdu għal xi żmien. Mhux magħruf kemm fadallu barra hekk kif wieħed għad irid jara kif se tirrispondi rkoptu għal dat-terapija.

Matthew Scerri

Dybala mar Barcellona biex jarah il-Professur Cugat

Illum Paulo Dybala kien fil-belt ta’ Barcellona għal żjara medika min-naħa tal-Professur Ramon Cugat. L-uġigħ għadu persistenti wara iktar minn erbgħin jum u allura Dybala, akkumpanjat minn membri tal-istaff mediku Juventin, mar Barcellona sabiex il-Professur Cugat ikun jista’ jinviżtah u jfassal pjan li jista’ jwassal biex Dybala jirritorna għall-azzjoni malajr kemm jista’ jkun.

Matthew Scerri

Paratici jitkellem dwar il-kuntratt il-ġdid ta’ Dybala

“Il-kuntratt ta’ Dybala? Tkellimna, qegħdin nitkellmu u se nkomplu nitkellmu fil-jiem u fix-xhur li ġejjin.” Kliem ta’ Fabio Paratici qabel Juventus-Crotone. Kliem li jixhed li l-partijiet qed jiddiskutu imma li ninsabu ftit ‘il bogħod għalissa milli jinstab il-ftehim biex Dybala jiffirma kuntratt ġdid mal-Bianconeri.

Matthew Scerri

Pirlo: “Dybala għadu muġugħ”

B’xorti ħażina Paulo Dybala se jkollu jitlef anki l-partita Juventus-Crotone. Pirlo spjega fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet il-partita li l-Arġentin għadu ma fieqx mill-uġigħ fl-irkoppa u għaldaqstant għada ma jistax jilagħbu. Din hi problema għal Pirlo hekk kif Ronaldo ilu jilgħab u jidher xi ftit għajjien, filwaqt li Morata għadu mhux f’sikktu minħabba li fil-jiem li għaddew kellu attakk qawwi tal-influwenza.

Matthew Scerri

Dybala mistenni jilgħab kontra Crotone

Kollox jindika li wasal il-mument li naraw mill-ġdid lil Paulo Dybala fl-azzjoni. Kontra Crotone hu mistenni jilgħab. Żgur li mhxu se nkunu nistgħu narawh fil-grawnd għal disgħin minuta peress li ilu ħafna barra. Iillum għandu jitkellem Pirlo fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet il-partita u nassumu li fost il-ħafna argumenti li se jsaqsuh dwaru se jkun hemm anki id-domanda jekk Dybala huwiex se jibda mill-ewwel minuta jew inkella huwiex se jidħol fit-tieni taqsima.

Matthew Scerri

Dybala għadu jħoss l-uġigħ

Illum Paulo Dybala ma ttrenjax mal-bqija ta’ sħabu minħabba li reġa’ ħass l-uġigħ f’siequ. Hu se jkollu jitlef il-partita kontra Napoli. Jidher li m’għandu xejn gravi biss dan l-uġigħ se jwassal biex għal darb’oħra jiġi pospost ir-ritorn għall-azzjoni tal-istilla Arġentina ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Dybala ħeles mill-kuntratt li kellu ma’ Star Image

Paulo Dybala solva l-kwistjoni li kellu mal-kumpanija Star Image dwar il-bejgħ tal-image rights tiegħu. L-istorja tmur lura għal żmien meta kien għadu plejer ta’ Palermo. Dik il-ħabta Dybala kien iffirma kuntratt ma’ Star Image, kumpanija rreġistrata f’pajjiżna, fejn bażikament tahom id-dritt li jinnegozjaw kull tip ta’ kuntratt marbut mal-image rights tiegħu għal perjodu ta’ 10 snin. Dybala dejjem sostna li hu kien ġie b’xi mod ingannat mill-eks-aġent tiegħu f’din l-istorja. Meta ngħaqad ma’ Juventus hu kien fehem l-iżball li għamel peress li normalment il-klabbs il-kbar tal-futbol ikunu jridu d-dritt li jbigħu huma direttament l-image rights tal-plejers fit-tim tagħhom. Dybala kien beda taħdidiet ma’ Star Image sabiex jintlaħaq ftehim ħalli l-kuntratt ikun itterminat. Il-ftehim dam ma ntlaħaq peress li Star Image kienu qed jitolbu somma ta’ 35 miljun Ewro. Issa jidher li l-ftehim bejn il-partijiet instab. Mhux magħruf, però, kemm ħallas Dybala.

Matthew Scerri

Injuries għal McKennie u Dybala

Meta ninsabu ġimgħa ‘l bogħod minn Inter-Juventus, is-supporters ta’ Juventus huma ħerqana li jkunu jaf għada x’se jkunu l-entitajiet tal-injuries ta’ McKennie u Dybala. It-tnejn li huma kellhom jabbandunaw il-grawnd waqt Juventus-Sassuolo. McKennie jidher li għandu problema muskolari mentri Dybala għandu problema f’irkoptu. Għada nkunu nafu aħjar x’għandhom u jkollna indikazzjoni kemm se jdumu barra.

Matthew Scerri

Dybala b’sintomi tal-influwenza

Paulo Dybala mhux se jkun 100% f’siktu llejla hekk kif hemm rapporti li qed jirkupra minn sintomi tal-influwenza. Skont xi siti kellu anki ħajta deni lbieraħ. L-indikazzjonijiet huma li se jkun qed jilgħab kontra Milan anki jekk mhuwiex għal kollox f’saħħtu.

Matthew Scerri