Posts
Ivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Torino
Segwi dal-link biex tivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Torino:
https://app.ex.co/stories/matthews102/ivvota-g-all-aqwa-plejer-ta-juventus-torino
Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Torino
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Danilo; Kulusevski, Arthur, Bentancur, Chiesa; Dybala, Ronaldo.
Torino (3-5-2): Sirigu; Izzo, Lyanco, Bremer; Singo, Meité, Rincon, Linetty, Rodriguez; Zaza, Belotti.
Sors: Calciomercato.com
Morata sospiż għal żewġ partiti
Alvaro Morata ġie sospiż għal żewġ partiti fis-Serie A. Hu qala’ karat safra wara li r-referee Pasqua saffar tmiem il-partita Benevento-Juventus. Morata baqa’ jipprotesta mar-referee u qal kliem mhux xieraq. Għaldaqstant ġie muri karta ħamra u issa weħel sospensjoni ta’ żewġ partiti.
Matthew Scerri
De Ligt hu l-Aqwa Plejer ta’ Benevento-Juventus
Matthijs De Ligt ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Benevento u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 35% tal-voti, segwit minn Morata b’24% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Chiesa b’10% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.
Matthew Scerri
Ir-riżultati tal-partiti tad-9 Ġurnata tas-Serie A
Is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.
Sassuolo-Inter 0-3
Is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.
Benevento-Juventus 1-1
Is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.
Atalanta-Verona 0-2
Il-Ħadd 29 ta’ Novembru 2020, 12.30 p.m.
Lazio-Udinese 1-3
Il-Ħadd 29 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.
Bologna-Crotone 1-0
Milan-Fiorentina 2-0
Cagliari-Spezia 2-2
Il-Ħadd 29 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.
Napoli-Roma 4-0
It-Tnejn 30 ta’ Novembru 2020, 6.30 p.m.
Torino-Sampdoria 2-2
It-Tnejn 30 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.
Genoa-Parma 1-2
Matthew Scerri
Software speċjali jiddeċiedi meta Ronaldo għandu jingħata l-mistrieħ
Skont Tuttosport mhuwiex Pirlo li ddeċieda li Ronaldo ma jilgħabx kontra Benevento. Lanqas ma kien il-Portugiż li talab il-mistrieħ. Il-gazzetta qed issostni li Ronaldo hu segwit kostantement minn grupp ta’ tobba u fiżjoterapisti li jdaħħlu f’software speċjali informazzjoni dwar il-performance ta’ ġismu. Das-sostware jikkalkula, fuq il-bażi tal-informazzjoni xjentifika li jirċievi, meta Ronaldo għandu jistrieħ. Is-software iqis anki l-impenji fil-futur qarib ta’ Ronaldo u allura jistabilixxi meta jkun l-aħjar mument għall-waqfa u l-mistrieħ bil-għan li jkunu evitati injuries u/jew għejja muskolari li tnaqqas il-performance ta’ Ronaldo fil-grawnd.
Matthew Scerri