Entries by Matthew Scerri

Id-dati u l-ħinijiet tal-ewwel erba’ partiti tas-Serie A

Il-Lega Calcio ħabbret id-dati u l-ħinijiet uffiċjali tal-ewwel erba’ partiti tas-Serie A. Juventus se jkunu impenjati kif ġej: L-1 Ġurnata: Udinese-Juventus (20\8\2023 — 8.45 p.m.) It-2 Ġurnata: Juventus-Bologna (27\8\2023 — 6.30 p.m.) It-3 Ġurnata: Empoli-Juventus (3\9\2023 — 8.45 p.m.) Ir-4 Ġurnata: Juventus-Lazio (16\9\2023 – 3.00 p.m.) Matthew Scerri

Uffiċjali: Giuntoli ngħaqad ma’ Juventus

Tħabbar b’mod uffiċjali li Cristiano Giuntoli ffirma kuntratt ma’ Juventus u se jkun qed jifforma parti mid-diriġenza Bianconera. Hu se jkun il-Kap tal-Area Sport u se jkun responsabbli mit-tmexxija tat-timijiet kollha li għandhom Juventus. Matthew Scerri

Giuntoli, Pogba u oħrajn fil-Continassa

Il-preseason ta’ Juventus jibda l-ġimgħa d-dieħla, biss il-Continassa diġà bdiet timtela. Ilbieraħ wasal fil-Continassa Paul Pogba li, wara li qatta’ sajf jittrenja waħdu f’Miami, issa mar Turin ġimgħa qabel sħabu bil-għan li jkun mija fil-mija f’sikktu għat-tournament li Juventus se jieħdu sehem fih fl-Amerka fl-aħħar ta’ dax-xahar. Miegħu hemm anki De Sciglio li qed jirkupra […]

Kif se jkun imqassma l-karigi amministrattivi fi ħdan Juventus

Għada jew it-Tlieta Juventus mistennija jħabbru li Cristiano Giuntoli ffirma kuntratt magħhom sal-2028. Hu se jkun il-Kap tal-‘Area Sport’ u se jkun responsabbli mit-timijiet kollha ta’ Juventus kemm il-kbar kif ukoll in-Next Gen u t-timijiet tal-youths. Fi ħdan l-istruttura managerjali ta’ Juventus, Giuntoli se jkun qed ikollu fuqu lill-President Ferrero, liċ-CEO Scanavino u lid-Direttur Ġenerali […]

Uffiċjali: Juventus xtraw lil Weah

Juventus ħabbru li xtraw lil Timothy Weah mingħand Lille għal 10.3 miljun Ewro, flimkien ma’ massimu ta’ 1 miljun Ewro oħra bħala pagament talli huma rawmu l-plejer. Hemm anki performance bonus ta’ 2.1 miljun Ewro. Weah iffirma kuntratt ma’ Juventus sat-30 ta’ Ġunju 2028. Matthew Scerri

Giuntoli jilħaq ftehim biex itemm il-kuntratt ma’ Napoli

L-istennija waslet biex tintemm: De Laurentis aċċetta li jħalli lil Giuntoli jitlaq lil Napoli. Il-ftehim diġa’ intlaħaq u bħalissa l-avukati qed jiffinalizzaw id-dokumenti legali meħtieġa biex Giuntoli jinħall mill-kuntratt li jorbtu ma’ Napoli. Minn għada, Giuntoli se jkun jista’ jiffirma kuntratt ta’ ħames snin ma’ Juventus b’paga ta’ 2 miljuni u nofs fis-sena. Matthew Scerri