Entries by Matthew Scerri

Id-dati u l-ħinijiet tal-ewwel ħames partiti tas-Serie A

Il-Lega Calcio ħabbret id-dati u l-ħinijiet tal-ewwel ħames partiti tas-Serie A 2022/23. Juventus se jkunu impenjati kif ġej: L-1 Ġurnata: Juventus-Sassuolo (it-Tnejn 15 ta’ Awwissu 2022, 8.45 p.m.) It-2 Ġurnata: Sampdoria-Juventus (It-Tnejn 22 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m.) It-3 Ġurnata: Juventus-Roma (Is-Sibt 27 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m.) Ir-4 Ġurnata: Juventus-Spezia (L-Erbgħa 31 ta’ Awwissu […]

Arrivabene jgħid tiegħu dwar Pogba, De Ligt u Dybala

Maurizio Arrivabene ta intervista esklussiva lil Tuttosport fejn tkellem fit-tul dwar is-suq tat-trasferimenti ta’ Juventus. B’mod partikolari hu kellu l-opportunità li jagħti l-verżjoni tiegħu dwar Pogba, Dybala u De Ligt. Skont Arrivabene, Juventus jinsabu f’taħdidiet ma’ Pogba u l-affarijiet sejrin tajjeb ferm. Dwar Dybala spjega li hu veru li kien hemm offerta ta’ erba’ snin […]

Magħrufa l-kowċis tat-timijiet Under 19 u Under 23 ta’ Juventus

Juventus ħabbru b’mod uffiċjali l-kowċis il-ġodda maħtura biex imexxu lit-tim tal-Under 19 (il-Primavera) u l-Under 23. Massimo Brambilla se jkun qed imexxi lit-tim Under 23. Hu ġej minn seba’ snin ma’ Atalanta fejn fost l-oħrajn mexxa lit-tim Primavera għal ħames snin sħaħ u rebaħ żewġ kampjonati u żewġ Super Cups. Hu meqjus bħala l-kowċis ideali […]

Cambiaso se jibqa’ ma’ Juventus jew se jkun misluf?

Andrea Cambiaso jinsab pass ‘il bogħod milli jsir plejer ta’ Juventus. Allegatament jeżisti ftehim bejn Juventus u Genoa sabiex Cambiaso jingħaqad mal-Bianconeri għall-prezz ta’ 4 jew 5 miljun Ewro. Flimkien ma’ dis-somma Juventus se jgħaddu lil Genoa anki lil Dragusin. Hemm għidut li Cambiaso se jkun misluf lil Atalanta, għalkemm skont rapporti oħra Cambiaso jista’ […]

L-attenzjoni issa ddur fuq Zaniolo

Hekk kif tidher li waslet fi tmiemha t-telenovela Di Maria, Juventus x’aktarx dawru issa ħarsithom fuq Nicolò Zaniolo. Hu qed jissemma bħala t-tielet akkwist eċċellenti tal-Bianconeri wara Pogba u Di Maria li għalkemm għadhom mhux imħabbra uffiċjali, ftit li xejn jifdal dubji dwar il-fatt li se jilbsu l-flokk ta’ Juventus. Waqt li Pogba u Di […]

Chelsea jinsistu b’saħħa għal De Ligt

Sorsi qrib il-klabb Juventin qed jikkonfermaw li bejn illum u għada Chelsea għandhom jiltaqgħu ma’ Juventus. Il-partijiet se jiddiskutu diversi plejers. Ovvjament l-‘piatto forte’ ma jistax jonqos li jkun De Ligt. Chelsea jriduh b’saħħa, għalkemm nafu li hemm interess min-naħa tagħhom anki f’Skriniar. Ir-rieda ta’ Juventus hi li jilħqu ftehim ma’ De Ligt biex jiffirma […]

Di Maria-Juventus. Qed jitlesta l-kuntratt

It-telenovela ta’ Angel Di Maria tidher li riesqa lejn it-tmiem tagħha hekk kif ilna mill-Ħadd filgħaxija nisimgħu li l-Arġentin finalment qal ‘iva’ lil Juventus. L-għażla min-naħa ta’ Di Maria saret u issa l-aġenti tiegħu jinsabu f’taħdidiet ma’ Juventus sabiex ilestu l-parti burokratika tat-trasferiment, jiġifieri jħejju l-kuntratt li Di Maria se jiffirma. Nafu li l-burokrazija jaf […]

L-aħbarijiet mis-suq tat-trasferimenti (26 ta’ Ġunju)

Is-sajf hu żmien il-calciomercato u huma tassew bosta l-aħbarijiet marbutin mas-suq tat-trasferimenti Juventin bħalissa. Fi ħdan it-tim Juventin mistennija jkun hemm bidliet kbar u għaldaqstant ma jistax jonoqs li l-aħbarijiet huma tassew numerużi. De Ligt Fl-aħħar jiem kien hemm bosta għidut li Chelsea lesti jagħmlu minn kollox biex jixtru lil De Ligt mingħand Juventus. Allegatament […]

Il-pjanijiet ta’ Juventus għal waqt li tkun għaddejja t-Tazza tad-Dinja

L-istaġun 2022/23 hu wieħed anomalu minħabba li għall-ewwel darba fl-istorja t-Tazza tad-Dinja se tintlagħab fix-xitwa. Il-kampjonat domestiċi se jkunu weqfin minn nofs Novembru sa ftit wara l-Milied. Qed jissemma li Juventus se jkunu qed jilagħbu xi partiti ta’ ħbiberija fil-ħamsin jum ta’ waqfa. Mhux eskluż lanqas li Juventus jorganizzaw jew jieħdu sehem f’xi tournament. L-għan […]