Entries by Matthew Scerri

Di Maria: “Għadni nirrifletti”

Intervistat waqt il-programm ‘Playroom’ imxandar fuq ESPN, Angel Di Maria stqarr dan li ġej dwar Juventus: “Huma l-iktar klabb importanti tal-Italja. Juventus huma fost il-klabbs interessati fija. Qed nirrifletti imma bħalissa moħħni fil-vaganzi u l-familja”. Xejn ġdid i domna. L-għidut hu li Juventus għadhom b’cans kbir li jiksbu l-firma tiegħu biss s’issa għad m’hemmx xejn […]

Decider minflok l-iskontri diretti fis-Serie A

Minn dis-sena l-kampjonat tas-Serie A se jkun qed jara bidla drastika mis-snin li għaddew. Fil-fatt jekk żewġ timijiet se jtemmu l-kampjonat fl-ewwel post bl-istess numru ta’ punti, se tintlagħab decider. Fl-aħħar snin minflok decider, ir-rebbieħ kien se jiġi eventwalment deċiż bil-konfront diretti. Fl-antik ir-regolament kien jikkuntempla l-possibbiltà ta’ decider u filfatt insibu li fl-1964 Bologna […]

Sitwazzjoni inċerta dwar il-kuntratt il-ġdid ta’ De Ligt

Fil-belt ta’ Milan, id-diriġenza Bianconera kellha lbieraħ laqgħa mal-avukata Raffaela Pimenta li qed tmexxi l-aġenzija ta’ Mino Raiola. Fil-laqgħa ġew finalizzati l-aħħar dettalji burokratiċi għar-ritorn ta’ Paul Pogba ma’ Juventus. Hemm għidut, għalkemm mhix aħbar konfermata, li Pogba se jkun qed imur Turin bejn il-5 u t-8 ta’ Lulju għat-testijiet mediċi. Il-laqgħa serviet ukoll biex […]

Aġġornament dwar Di Maria

Tard ilbieraħ filgħaxija bdiet tiċċirkola online l-aħbar li Juventus xebgħu jistennew ir-risposta ta’ Di Maria u għażlu li ma jkonplux in-negozjati miegħu. Nafu li Juventus ressqulu offerta li hu qrib ferm dak li hu kien qed jitlob: kuntratt għal sena waħda biss b’paga ta’ 7 miljuni. Ir-risposta definittiva ta’ Di Maria għadha ma waslitx u […]

Ħafna qlajjiet dwar allegat trasferiment ta’ Neymar ma’ Juventus

F’dawn il-jiem qrajna kemm-il darba li Luis Campos ta’ PSG ippropona lil Juventus li jiksbu lil Neymar. Hu m’għadux iktar fil-pjanijiet ta’ PSG u s-sidien tal-klabb iridu jeħilsu minnu minħabba l-paga fenomenali li għandu. Minn dak li nistgħu nifhmu, Juventus mhumiex wisq interessati li jiksbu lil Neymar. Ta’ min jirrimarka li s-sidien tal-klabb ta’ PSG, […]

Interess f’Rabiot minn klabbs barranin

Mhuwiex eskluż li Adrien Rabiot jħalli lil Juventus das-sajf. Skont La Gazzetta dello Sport hu diġà rċieva offerta mingħand Newcastle biss irrifjutaha minħabba li jrid tim li qed jikkompeti fiċ-Champions League. Qed jissemma wkoll li hemm interess fih min-naħa ta’ Chelsea u PSG iżda minn dak li nafu għad m’hemm ebda offerta uffiċjali. Matthew Scerri

Ramsey. X’qed joffrulu Juventus biex jittermina l-kuntratt

Aaron Ramsey jidher li wasal biex isellem lil Juventus darba għal dejjem. Arrivabene u Cherubini għamluha ċara mal-aġent tiegħu li m’hemmx spazju ma’ Juventus għal Ramsey u l-partijiet jinsabu f’taħdidiet biex il-kuntratt ikun itterminat. Juventus qed joffru somma ta’ 2 miljuni biex Ramsey jaċċetta li l-kuntratt tiegħu jkun itterminat sena qabel iż-żmien, filwaqt li jidher […]

Issieħeb fil-Juventus Club Vero Amore!

Il-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jixtieq iħabbar li l-Kampanja Tesseramenti 2022/23 tinsab miftuħa. Int tista’ tissieħeb membru fil-Club tagħna jew iġedded is-sħubija tiegħek għall-istaġun 2022/23 għall-prezz ta’ €25 biss. Ma’ kull sħubija jingħata voucher ta’ €20 mingħand Eurosport flimkien ma’ voucher ieħor ta’ pizza b’xejn ma’ kull waħda li tixtri mingħand il-JC Vero […]