Entries by Matthew Scerri

L-aħbarijiet mis-suq tat-trasferimenti (26 ta’ Ġunju)

Is-sajf hu żmien il-calciomercato u huma tassew bosta l-aħbarijiet marbutin mas-suq tat-trasferimenti Juventin bħalissa. Fi ħdan it-tim Juventin mistennija jkun hemm bidliet kbar u għaldaqstant ma jistax jonoqs li l-aħbarijiet huma tassew numerużi. De Ligt Fl-aħħar jiem kien hemm bosta għidut li Chelsea lesti jagħmlu minn kollox biex jixtru lil De Ligt mingħand Juventus. Allegatament […]

Il-pjanijiet ta’ Juventus għal waqt li tkun għaddejja t-Tazza tad-Dinja

L-istaġun 2022/23 hu wieħed anomalu minħabba li għall-ewwel darba fl-istorja t-Tazza tad-Dinja se tintlagħab fix-xitwa. Il-kampjonat domestiċi se jkunu weqfin minn nofs Novembru sa ftit wara l-Milied. Qed jissemma li Juventus se jkunu qed jilagħbu xi partiti ta’ ħbiberija fil-ħamsin jum ta’ waqfa. Mhux eskluż lanqas li Juventus jorganizzaw jew jieħdu sehem f’xi tournament. L-għan […]

Di Maria: “Għadni nirrifletti”

Intervistat waqt il-programm ‘Playroom’ imxandar fuq ESPN, Angel Di Maria stqarr dan li ġej dwar Juventus: “Huma l-iktar klabb importanti tal-Italja. Juventus huma fost il-klabbs interessati fija. Qed nirrifletti imma bħalissa moħħni fil-vaganzi u l-familja”. Xejn ġdid i domna. L-għidut hu li Juventus għadhom b’cans kbir li jiksbu l-firma tiegħu biss s’issa għad m’hemmx xejn […]

Decider minflok l-iskontri diretti fis-Serie A

Minn dis-sena l-kampjonat tas-Serie A se jkun qed jara bidla drastika mis-snin li għaddew. Fil-fatt jekk żewġ timijiet se jtemmu l-kampjonat fl-ewwel post bl-istess numru ta’ punti, se tintlagħab decider. Fl-aħħar snin minflok decider, ir-rebbieħ kien se jiġi eventwalment deċiż bil-konfront diretti. Fl-antik ir-regolament kien jikkuntempla l-possibbiltà ta’ decider u filfatt insibu li fl-1964 Bologna […]

Sitwazzjoni inċerta dwar il-kuntratt il-ġdid ta’ De Ligt

Fil-belt ta’ Milan, id-diriġenza Bianconera kellha lbieraħ laqgħa mal-avukata Raffaela Pimenta li qed tmexxi l-aġenzija ta’ Mino Raiola. Fil-laqgħa ġew finalizzati l-aħħar dettalji burokratiċi għar-ritorn ta’ Paul Pogba ma’ Juventus. Hemm għidut, għalkemm mhix aħbar konfermata, li Pogba se jkun qed imur Turin bejn il-5 u t-8 ta’ Lulju għat-testijiet mediċi. Il-laqgħa serviet ukoll biex […]

Aġġornament dwar Di Maria

Tard ilbieraħ filgħaxija bdiet tiċċirkola online l-aħbar li Juventus xebgħu jistennew ir-risposta ta’ Di Maria u għażlu li ma jkonplux in-negozjati miegħu. Nafu li Juventus ressqulu offerta li hu qrib ferm dak li hu kien qed jitlob: kuntratt għal sena waħda biss b’paga ta’ 7 miljuni. Ir-risposta definittiva ta’ Di Maria għadha ma waslitx u […]

Ħafna qlajjiet dwar allegat trasferiment ta’ Neymar ma’ Juventus

F’dawn il-jiem qrajna kemm-il darba li Luis Campos ta’ PSG ippropona lil Juventus li jiksbu lil Neymar. Hu m’għadux iktar fil-pjanijiet ta’ PSG u s-sidien tal-klabb iridu jeħilsu minnu minħabba l-paga fenomenali li għandu. Minn dak li nistgħu nifhmu, Juventus mhumiex wisq interessati li jiksbu lil Neymar. Ta’ min jirrimarka li s-sidien tal-klabb ta’ PSG, […]

Interess f’Rabiot minn klabbs barranin

Mhuwiex eskluż li Adrien Rabiot jħalli lil Juventus das-sajf. Skont La Gazzetta dello Sport hu diġà rċieva offerta mingħand Newcastle biss irrifjutaha minħabba li jrid tim li qed jikkompeti fiċ-Champions League. Qed jissemma wkoll li hemm interess fih min-naħa ta’ Chelsea u PSG iżda minn dak li nafu għad m’hemm ebda offerta uffiċjali. Matthew Scerri