Entries by Matthew Scerri

L-aħbarijiet mis-suq tat-trasferimenti (24 ta’ Mejju)

Is-suq tat-trasferiment qed ikompli jiddomina l-gazzetti, il-website u l-programmi tat-televixin. Dan li ġej hu dak li laqatna matul il-ġurnata tal-lum. Morata – L-Ispanjol dejjem stqarr li jqis lil Juventus il-familja tiegħu. Nafu li Juventus lesti jżommuh imma mhux se jonfqu l-35 miljun li kienu parti mill-ftehim ma’ Atletico Madrid sentejn ilu. Nafu wkoll li l-istrateġija […]

Atalanta mistennija jixtru lil Demiral

Merih Demiral wisq probabbli mhux se jkun qed jirritorna ma’ Juventus das-sajf. Wara l-aħħar partita ta’ Atalanta, Demiral kiteb fuq is-social media messaġġ li bih sellem lis-supporters tat-tim tiegħu. Ħafna ħasbu li dan kien ifisser li Atalanta ma kinux se jixtru lil Demiral għal kollox u kienu se jibagħtuh lura ma’ Juventus. Madankollu jidher li […]

X’se jiġri minn Mandragora?

Futur inċert għal Rolando Mandragora. Torino m’għandhom ebda obbligu li jixtru lil Mandragora mingħand Juventus. Il-plejer sofra injury f’dan l-istaġun u ma lagħabx biżżejjed partiti biex skont il-ftehim bejn il-klabbs Torino jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 14-il miljun Ewro. Min-naħa tagħhom Torino jixtiequ jżommu lil Mandragora biss ma jidhrux disposti jonfqu iktar […]

L-attenzjoni ddur fuq is-suq tat-trasferimenti. Mistennija bidliet radikali fi ħdan it-tim Juventin

Hekk kif il-kampjonat u l-istaġun waslu fi tmiemhom, l-attenzjoni se ddur għal kollox fuq is-suq tat-trasferimenti. Juventus jidhru li qed jaħdmu bla waqfien biex ikun hemm bidla radikali fi ħdan it-tim. Diversi plejers mistennija jitilqu lil Juventus u minflokhom se jinkisbu plejers oħra. It-tir hu li Allegri jkollu tim iktar kompetittiv b’taħlita ta’ plejers maturi […]

Bħal-lum fil-passat (22 ta’ April)

Il-filmat li qed inwasslulkom illum joħodna lura għas-sena 1993 meta proprju bħal-lum Juventus kienu marru Pariġi biex jilagħbu kontra PSG fis-SemiFinali tat-Tazza Uefa. Dakinhar il-Bianconeri għelbu lill-Franċiżi 0-1 b’gowl ta’ Baggio.

Calciomercato mill-passat. L-akkwist ta’ Pietro Anastasi

Fix-xhur tas-sajf il-Calciomercato letteralment jiddomina x-xena sportiva. Nixtiequ nibdew serje ta’ artikli dwar xi akkwisti ċelebri li saru fil-passat. Se nibdew din is-serje b’Pietro Anastasi. Kien l-1968 u l-kampjonat intemm kmieni ħafna minħabba l-Euro. It-timijiet tas-Serie A għaldaqstant bdew jorganizzaw diversi partiti ta’ ħbiberija. Fit-18 ta’ mejju f’San Siro, Inter lagħbu kontra Roma. In-Nerazzurri kellhom […]

Locatelli fieq!

Manuel Locatelli fieq mill-Covid-19 u se jkun qed jingħaqad mat-tim nazzjonali Taljan. Wara li jtemm l-impenji mat-tim nazzjonali, Locatelli se jkun qed jirritorna Turin biex iħejji għall-partita kontra Inter tat-3 ta’ April. Matthew Scerri