Bħal-lum fil-passat (26 ta’ April)
Il-ħarsa tal-lum lejn partita tal-passat toħodna lura għas-sena 1992 meta l-Bianconeri għelbu lil Inter bl-iskor ta’ 3-1. Il-gowls waslu minn Roberto Baggio (2) u Schillaci.
Il-ħarsa tal-lum lejn partita tal-passat toħodna lura għas-sena 1992 meta l-Bianconeri għelbu lil Inter bl-iskor ta’ 3-1. Il-gowls waslu minn Roberto Baggio (2) u Schillaci.
Filmat tassew antik li joħodna lura sal-1954. Dakinhar Juventus kienu impenjati fil-kampjonat kontra Roma. Il-Giallorossi marru fil-vantaġġ u Muccinelli kiseb id-draw għal Juventus. Skor finali 1-1.
Inaccettabli fil-veru sens tal-kelma minn kull aspett dak li qed nassistu ghalih partita wara ohra kemm mil-hmieg u mafja li ghaddejja kontrina u kemm minn naha ta’ din l-iskwadra li baqghat ghal stagun shih b’wirjiet altalenanti u bla sistema ta’ xejn hlief dik difensivista u futbol slow u traskurat immens.
Nibdew mil-hmieg u l-mafja li ghaddejja kontrina b’referee iehor illi ghamel partita shiha mil-bidu sa l-ahhar isaffar favur napoli ma’ l-inqas kuntatt u juri karti sofor ghal darbtejn mil-bidu tal-partita liz-zewg midfielders Locatelli u Rabiot biex isallabna mil-bidu u jinfluwenza mentalment lill-players taghna ghall-kumplament tal-loghba. Saret xi haga ovvja u disguztanti l-akkaniment li hemm kontrina biex kemm jista jkun ma’ nzidux fil-punti halli zgur iserhu mohhom li bil-penalizazzjonijiet li hemm lesti jistennewna jhalluna barra mil-ewropa ghaliex is-sigriet u l-patt mafjuz mal-FIGC m’huma hadt hlief il-UEFA bi tpattija tas-super league. Nibqa nghid li dan huwa l-wirt tal-gwerra li dhalna fiha ghal kulhadd biex il-maggor parti tal-clubs stahbew u telqu jigru wara li kienu qablu ma’ l-ideja. Izda Andrea Agnelli ghalkemm jien personalment ninzalu l-kapell ghal gid kollu li ghamel fil-Juventus, nibqa ntenni li dahhalna f’xi haga akbar minna li dahlitna fi gwaj kbir.
Izda nigi ghall-partita u l-andament taghha. Li napoli huma tim tajjeb, veloci u kellom kampjonat mil-aqwa u huma t-tim tal-mument kulhadd jaf ghalkemm nibqa nghid li kellom avversarji bi players li fl-ewwel parti tal-kampjonat kien biss mohhom biex jilghabu fil-world cup u attenti li ma’ jweggawx u napoli kienu l-inqas affetwati minn dan kollu. Izda nibqa nghid li minn naha taghna hija inaccettabli li ma’ ghandniex l-icken ideja ta’ sistema ta’ loghba hlief dik difensivista addirittura stil ta’ 1960’s; niddefendu baxxi fil-kaxxa l-kbira u fl-opinjoni tieghi dan huwa futbol skadut. Fatt iehor li jidher car kontra kull avversarju li nilghabu kontrih huwa li fizikament nazzarda nghid lanqas nibdew ma’ l-ohrajn u dan huwa fattur li ilna ngorru maghna ghal dawn l-ahhar sentejn shah. Tara timijiet ma’ jieqfux jippressaw u b’futbol pjuttost veloci u ahna biex naslu sal-lasta avversarja qisu xi haga kbira! Tghiduli fl-ahhar tal-partita konna vicin li stajna addiritura rbahna l-partita u vera izda ma’ jistax ikun nibqghu sejrin b’din is-sistema li nhallu u nittamaw li l-avversarju jizvoga u jattakana loghba shiha biex forsi jghinna u dak il-hin insibu ballun. Dan huwa kollu faqar ta’ mentalita u faqar tattiku.
Allegri ghandi rispett kbir lejh u nibqa nghid haqqu l-akbar rispett ghal dak li ghamel fil-passat ma’ Juventus u ghal kif qed jiffaccja din is-sitwazzjoni barra l-grawnd li giet fuqu kif giet fuqna s-sapporters minghajr ma’ setgha jaghmel xejn hlief izomm il-players maghqudin u koncentrati; xi haga li ma’ kinitx facli ghax fuq kollox din l-iskwadra xorta nibqa nghid li mibnija hazin u bla pjan u biex taxxaqa dejjem bl-injuries bhal dejjem xi haga ohra misterjuza f’dawn lahhar snin. Izda l-isfregju tattiku ta’ dan it-tim Allegri huwa l-akbar responsabbli u nibqa mbellah b’dan il-kowc li ghamel sentejn wieqaf u ma’ taggornax ruhek tattikament u ma taghtix identita lil dan it-tim f’sentejn. Jidher car ghalija li z-zmien tieghu spicca fil-Juventus u hemm bzonn serjament ta’ arja gdida, mentalita friska u aggornata tattikament ghalkemm ghandi d-dubji tieghi kemm ser jigi mibdul fl-ahhar ta’ l-istagun minhabba ragunijiet ta’ kuntratt twil u oneruz li s-socjeta ma tiflahx zgur tohrog pagi qawwija ghal zewg kowcis f’daqqa.
Nisperaw li ghal l-ahhar partiti jinbidlu l-affarijiet u ma’ narawx aktar porkeriji bhal ma’ rajna l-bierah b’ referee iehor li bidel ir-regolament minn jheddu u l-ewwel halla l-loghob ghaddej ghax skond hu Milik ma’ ffawljax imbghad ghax skurjajna mar jara l-VAR u hassar l-gowl voldiri ghamel regolament gdid u mera lilu nnifsu u dak li iggudika minuta qabel! Imma ghal Juventus ir-regolamenti jinbidlu u jitawgu kif wiehed jaqbillu basta nikkastigawom; drajnijom issa fid-dubju saffar kontrihom dejjem! Imbghad ghad fadal minn ghandu wiccu kannella u jghajjar lil Juventus b’favuri arbitrali. Inkredibbli imma vera!
FORZA JUVE DEJJEM
Lura għas-sena 1977 biex naraw mill-ġdid konfront bejn Juventus u Perugia li ntemm fl-iskor ta’ 1-1.
Romelu Lukaku se jilgħab xorta waħda kontra Juventus għax hekk iddeċieda Gravina. Il-President tal-Federazzjoni ġie jaqa’ u jqum mill-fatt li ġustizzja sportiva kkonfermat anki l-appell li Lukaku kellu jkun sospiż għal partita. Tah il-maħfra għax irid bellagħha lil kulħadd li hekk tiġġieled ir-razziżmu. Fil-passat, imma, meta Kean kien ġralu l-istess kontra Cagliari ħadd ma kien neħħilu l-karta safra. Dis-sena stess kontra Spezia Kostic safa vittma ta’ tgħajjir razzist imma kulħadd għalaq għajnejh għax hekk kien konvenjenti. Tafu li aħna kontra r-razziżmu… imma kontra r-razziżmu dejjem mhux meta jaqblilna biss! Il-Federazzjoni xebgħet timxi mod magħna u mod ma’ ħaddieħor. Li kieku Lukaku ma keċċiex kontrina u kieku ma jmisshomx jilagħbu kontrina, kieku żgur Gravina ma kienx jaħfriha lil Lukaku. Ma twelidniex ilbieraħ!
L-iktar ħaġa inkredibbli f’din l-istorja hi li Inter irnexxilhom jgħaddu l-ħrafa tagħhom li dak kollu li nqala’ fi tmiem Juventus-Inter kien frott ir-razziżmu. Il-verita’ nafu x’inhi. Sal-35 minuta tat-tieni taqsima ħadd ma kien għajjar lil Lukaku. It-tgħajjir stupidu beda wara dik id-daħla jerga fejn kellu jitkeċċa (tiftakru l-qrid dwar il-karta safra ta’ Pjanic?!). Skurja minn penalty li ma kienx. Wara l-gowl mar jipprovoka lis-supporters tagħna u kif jitlob ir-regolament ġie muri karta safra. Imbagħad beda it-teatrin tiegħu: sfida lil Cuadrado għall-ġlied. Handanovic saħansitra ta daqqa lil Cuadrado. Hemm filmati li jixhdu dan. Imma ovvjament l-aqwa, li tgħaddi dejjem li Inter huma l-onesti ppersegwitati u aħna l-ħallelin. Sitwazzjoni tat-tqalligħ! Il-ġustizzja li ħafna qed jgħidu li saret hi biss wieħed mill-ħafna episodji ta’ inġustizzji li jsofru Juventus.
Matthew Scerri