L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (19 ta’ Novembru 2020)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-19 ta’ Novembru 2020




Bħal-lum fil-passat (19 ta’ Novembru)
Bi pjaċir qed inwasslulkom il-filmat ta’ rebħa kbira oħra mill-passat Juventin. Bħal-lum fl-2005 Juventus għelbu lil Roma 1-4 fl-iStadio Olimpico. Għal Juventus skurjaw Nedved, Ibrahimovic u Trezeguet (2).
Khedira lest jitlaq lil Juventus
Sami Khedira Jidher li bidel fehmtu u ddeċieda issa li jitlaq lil Juventus f’Jannar. Khedira fehem li m’hemmx iktar spazju għalih ma’ Juventus u allura se jfittex tim ġdid.
Matthew Scerri
Padoin irtira mill-futbol!
Simone Padoin xolja l-kuntratt tiegħu ma’ Ascoli u ħabbar li se jirtira. Il-karriera tiegħu waslet fi tmiemha wara iktar minn għoxrin sena. Padoin lagħab ma’ Juventus bejn l-2012 u l-2016, għal total ta’ 84 partita bil-flokk Juventin u tliet gowls.
Matthew Scerri
Bożnija-Italja. Kif x’aktarx se jilagħbu
Bożnija (4-3-3): Adilovic; Todorovic, Kovacevic, Sanicanin, Kolasinac; Cimirot, Pjanic, Krunic; Visca, Hazdic, Gojak.
Italja (4-3-3): Donnarumma; Florenzi, Acerbi, Bastoni, Emerson Palmieri; Barella, Jorginho, Locatelli; Berardi, Belotti, Insigne.
Referee: Dias (Portugall).
Sors: Calciomercato.com
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (18 ta’ Novembru 2020)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-18 ta’ Novembru 2020.




Juventus b’saħħa fuq Lovato
Kollox jindika li Fabio Paratici jinsab lest jagħmel kull tentattiv possibbli biex jikseb lil Matteo Lovato, id-difensur rivelazzjoni ta’ dis-sena. Fuqu hemm Milan li ilhom ftit interessati fih, biss Juventus tant baqgħu sorpriżi bil-wirjiet tiegħu li lesti joffru somma ġmiela għalih.
Matthew Scerri
Rabiot jaf ma jilgħabx illejla
Adrien Rabiot jaf ma jilgħabx illejla kontra l-Iżvezja. Fil-fatt hu ma jinsabx 100% f’sikktu u għaldaqstant jaf ma jilgħabx biex ma jirriskjax xi injury fit-tul.
Matthew Scerri
Il-pjan ta’ Juventus biex jiksbu lil Rovella
Il-konkorrenza għall-akkwist ta’ Rovella hi tassew qawwija. Skont La Gazzetta dello Sport Juventus lesti jixtruh f’Jannar u jħalluh b’self għal sentejn ma’ Genoa. Minn Frar x’aktarx li Rovella se jkun free-agent biss Juventus lesti jixtruh f’Jannar għal somma żgħira biex jegħlbu l-konkorrenza ta’ timijiet oħra li jriduh.
Matthew Scerri


