Posts

Mitt partita għal Ronaldo ma’ Juventus

Cristiano Ronaldo lagħab il-100 partita tiegħu fil-flokk ta’ Juventus. Hu lagħab 71 partita fis-Serie A, 21 fiċ-Champions League, 6 fil-Coppa Italja u żewġ Finali tas-Super Cup Taljana. B’kollox hu skurja 79 gowl bil-flokk ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Il-100 partita ta’ Ronaldo ma’ Juventus

Genoa-Juventus se tkun il-100 partita ta’ Cristiano Ronaldo bil-flokk ta’ Juventus. Fid-99 partita li lagħab s’issa, Ronaldo skurja 77 gowl. Interessanti li f’dawn it-tliet snin ma’ Juventus, Ronaldo dejjem skurja kull darba li lagħab kontra tim minn Genova (Genoa jew Sampdoria).

Matthew Scerri

Filmat: Ronaldo vs Messi

Filmat: L-isbaħ 10 gowls Juventini fid-Derby ta’ Turin

Ronaldo rebaħ il-Golden Foot Award. Premju anki għal Andrea Agnelli

Cristiano Ronaldo rebaħ it-tmintax-il edizzjoni tal-Golden Foot Award. Andrea Agnelli wkoll irċieva premju: Golden Foot Prestige Award, li ngħata għall-ewwel darba u li jippremja lill-Aqwa President.

Matthew Scerri