Għada Rugani se jkun Franza
Għada Daniele Rugani mistenni jkun Franza għat-testijiet mediċi ma’ Rennes. Hu se jkun qed jingħaqad magħhom b’self għal sena.
Matthew Scerri
Għada Daniele Rugani mistenni jkun Franza għat-testijiet mediċi ma’ Rennes. Hu se jkun qed jingħaqad magħhom b’self għal sena.
Matthew Scerri
Fl-aħħar sigħat Tottenham għamlu kuntatt ma’ Juventus u talbuhom informazzjonijiet dwar il-possibbiltà li jixtru lil Demiral. Il-Bianconeri ma jridux jafu li jbigħuh, għalkemm bħal dejjem kollox jiddependi mill-offerta li Tottenham se jressqu fis-sigħat li ġejjin.
Matthew Scerri
Hans Nicolussi Caviglia daqt mistenni jitlaq lil Juventus. Hu se jkun misluf lil Parma fejn se jkollu opportunità ikbar li jilgħab b’mod regolari.
Matthew Scerri
Telgħu għal dsatax il-plejers u membri tal-istaff ta’ Genoa pożittivi għall-Covid-19. L-aħħar tlieta li żdiedu huma l-plejers Miha Zajc u Petar Brlek, kif ukoll it-trainer tal-gowlers, Walter Bressan. Dan hu każ bla ebda preċedent fi ħdan tim tal-futbol.
Matthew Scerri
Napoli ħabbru li Zielinski u membru tal-istaff tekniku nstabu pożittivi għall-Covid-19 wara t-testijiet li sarulhom lbieraħ. Għada se jsiru aktar testijiet qabel it-tim ta’ Napoli jibda jivvjaġġa lejn Turin.
Matthew Scerri
Illum tista’ tkun ġurnata deċiżiva fin-negozjati għat-tasferiment ta’ Federico Chiesa ma’ Juventus. Kollox jindika li Juventus u Fiorentina resqin lejn ftehim. Il-valur komplessiv ta’ Chiesa se jkun ta’ 60 miljun, bonuses inklużi, bl-ewwel sentejn ikunu self u fit-tielet sena jkun hemm xiri għal kollox. L-ikbar problema f’dan l-istadju hi marbuta ma’ Douglas Costa. Il-Brażiljan ma jridx jaf li jitlaq sakemm ma tasallux offerta minn klabb kbir. Jekk ma’ jitlaqx Costa, Juventus mhux se jkunu jistgħu jiffirmaw lil Chiesa.
Matthew Scerri
Skont Calciomercato.com Douglas Costa għarraf lil Juventus li hu mhux se jaċċetta trasferimenti ma’ klabbs oħra sakemm ma jkunux top Clubs Ewropej. Fi kliem ieħor hu mhux se jitlaq sakemm ma jiġix għalih tim ta’ livell għoli. F’dan l-istadju hu tassew probabbli li Juventus ikollhom iżommu lil Douglas Costa u ma jkunux jistgħu jieħdu lil Chiesa minflok.
Matthew Scerri
L-Uefa ddeċidiet fil-partiti tal-kompetizzjonijiet Ewropej se jkun permess li kull stadium jilqa’ fih numru ta’ supporters sa massimu ta’ 30% tas-seating capacity. L-aħħar kelma, ovvjament, se tkun f’idejn l-awtoritajiet lokali. Fl-Italja l-Kumitat Tekniku Xjentifiku s’issa għadu qed jipponi li jidħlu iktar minn elf persuna fl-istadiums minħabba s-sitwazzjoni medika fil-pajjiż.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-2 ta’ Ottubru 2020.